Franza pprojbixxiet titjiriet domestiċi fuq distanzi qosra, f’inħawi fejn jeżistu alternattivi tal-ferroviji. Dan biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju.
Il-liġi daħlet fis-seħħ sentejn wara li l-leġislaturi kienu vvutaw biex jintemmu rotot fejn l-istess vjaġġ jista’ jsir bil-ferrovija, f’inqas minn sagħtejn u nofs.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-projbizzjoni teskludi l-ivvjaġġar bl-ajru bejn Pariġi u bliet inklużi Nantes, Lyon u Bordeaux, filwaqt li t-titjiriet ta’ konnessjoni mhumiex affettwati.
Dawn l-aħħar miżuri qed ikunu deskritti bħala projbizzjonijiet simboliċi sabiex jitnaqqsu l-livelli tal-emmissjonijiet li jagħmlu dannu lill-ambjent.