Anzjan ta’ 74 sena minn Ħaż-Żebbuġ indarab gravi wara li l-karozza li fiha kien passiġġier, u misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena baqgħet dieħla ġo parapett ta’ dar fis-Siġġiewi.
L-inċident seħħ fi Triq Blat il-Qamar għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ waranofsinhar, meta x-xufier tilef il-kontroll tal-vettura.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet il-passiġġier l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.