Voluntiera fi New Zealand għandhom ġlieda kontra l-ħin biex jippruvaw isalvaw għexieren ta’ baleni li nqabdu fuq il-bajja.
B’kollox inqabdu aktar minn erba’ mitt balena, iżda mat-tliet mija diġa mietu, f’dak li qed ikun deskritt bħala wieħed mill-agħar każi ta’ dan it-tip fil-pajjiż.
Każ li x-xjentisti tal-pajjiż ma jafux il-kawża tiegħu, għalkemm oħrajn simili seħħew meta l-baleni kienu morda, feruti jew għax ikunu ħadu żball fid-direzzjoni li jkunu qed jgħumu fiha.
Normalment tkun balena waħda li tgħum fid-direzzjoni l-ħażina, iżda jsegwuha oħrajn biex jgħinuha u jispiċċaw jinqabdu fuq il-bajja huma wkoll.