Minn dan l-episodju ‘l quddiem ta’ NATURA MALTIJA, nibdew nieżlin ‘l isfel fil-katina tal-ikel u dawn iż-żewġ episodji ferm interessanti li ġejjin, jiffukaw fuq l-għaġir ta’ ċertu speċi t’invertebrati u l-irwol ferm importanti li dawn għandhom fuq il-bqija tal-ekosistemi, inkluż fawna li diġa rajna qabel. Għal l-ewwel darba fotografija bit-timelapse ġiet użata biex sar dan il-programm fuq l-insetti.
Infakkru li tista’ terġa’ ssegwi l-episodji ta’ qabel fuq https://one.com.mt/series/naturamaltija/ filwaqt li tista’ tidħol fuq il-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/maltesenature għal aktar informazzjoni. Waqt li fuq Youtube tista’ ssib il-filmati kollha tal-ewwel sensiela, li jistgħu jintużgħu għat-tgħallim, speċjalment minn ġenituri u għalliema biex jgħallmu lit-tfal.
NATURA MALTIJA jixxandar it-Tlieta fit-8:30pm b’Ripetizjoni l-Erbgħa fis-07:35, il-Ħamis f’12:05 u l-Ħadd fis-07:35.