Fi stqarrija mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali ntqal li l-pubbliku ma jistax jgħum f’parti mill-Bajja tax-Xama’ f’San Pawl il-Baħar.
Intqal li l-parti li fiha m’għandux isir għawm hija dik magħrufa bħala s-C22 Slipway fuq in-naħa tal-lemin tal-bajja.
It-twissija nħarġet minħabba li ġiet innutata żieda aktar mil-limitu tal-mikrobi E.coli u I.Enterococci.
L-uffiċċjali tas-saħħa ambjentali qed jinvestigaw biex jaraw x’kien is-sors tal-kontaminazzjoni.
Fuq il-post twaħħlu tabelli biex iwissu lill-pubbliku biex ma jgħumx fil-post.