F’Pembroke nfetaħ ċentru ġdid għall-anzjanità attiva mill-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, flimkien mat-tmexxija tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u mal-Kunsill Lokali ta’ Pembroke.
Permezz ta’ dan iċ-ċentru, l-anzjani fil-komunità se jkollhom l-opportunità jattendu għal tagħlim u jieħdu sehem f’attivitajiet immirati għall-gruppi ta’ anzjani.
L-iskop prinċipali ta’ dan il-programm huwa biex l-anzjani jissoċjalizzaw u jieħdu gost flimkien f’ambjent fejn iħossuhom komdi.
Il-programm se jikkonsisti f’sessjonijiet darba fil-ġimgħa li jinkludu ħruġ f’postijiet ta’ interess, taħditiet dwar suġġetti varji u ħafna iktar. It-taħditiet jinkludu suġġetti bħas-saħħa u s-sigurtà, inkluża s-sigurtà online, informazzjoni rigward servizzi għall-anzjani fil-komunità, l-istorja, ix-xjenza, u suġġetti oħrajn.
Fil-ftuħ ta’ dan iċ-ċentru, il-Ministru Jo Etienne Abela spjega li dan iċ-ċentru se joffri programm ta’ attivitajiet għall-anzjani li jgħixu fil-komunità ta’ Pembroke u fil-lokalitajiet tal-madwar.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 21650940 jew iżur is-sit aacc.gov.mt.