Żewġ titjiriet tal-Air Malta, ġew ikkanċellati, hekk kif l-ajruport ta’ Katanja jinsab magħluq minħabba żbroff fil-vulkan Etna.
Intant, fi stqarrija, l-Air Malta ħabbret li t-titjiriet KM642/643 minn Malta għal Katanja fil-21 ta’ Mejju u KM640/641 minn Malta sa Katanja fit-22 ta’ Mejju.
Dawk il-klienti, li kienu se jtiru permezz ta’ din it-titjira, jistgħu jiskedaw titjira alternattiva billi jikkuntattjaw il-linja tal-ajru permezz tan-numru, 21662211 jew jingħataw rifużjoni billi jibagħtu email fuq refundrequest@airmalta.com.
Dawk li bbukjaw it-titjira permezz ta’ aġenzija tal-ivjaġġar, għandhom jikkuntattjaw lill-aġenzija rispettiva.
Air Malta qalet ukoll li din l-inkonvenjenza ma kinitx fil-kontroll tagħhom, hekk kif l-ajruport ta’ Katanja huwa magħluq.