Fil-Greċja, bdiet il-votazzjoni għall-ewwel elezzjoni ġenerali minn wara li l-ekonomija tal-pajjiż ma baqgħetx taħt superviżjoni fejn pajjiżi internazzjonali pprovdew fondi minħabba l-kriżi finanzjarja li damet kważi għaxar snin.
Iż-żewġ kandidati fil-votazzjoni tal-Ħadd huma l-Prim Ministru konservattiv Kyriakos Mitsotakis ta’ 55 sena u Alexis Tsipras ta’ 48 sena, li jmexxi l-partit tax-xellug Syriza u li serva bħala Prim Ministru matul l-aktar snin ta’ turbulenza għall-kriżi finanzjarja.
Għalkemm fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika, Mitsotakis qiegħed favur li jerbaħ din l-elezzjoni, is-sistema elettorali li ġiet introdotta f’din il-leġiżlatura tagħmilha improbabbli li min jirbaħ l-elezzjoni jkun jista’ jiġbor biżżejjed siġġijiet fil-parlament ta’ 300 membru biex jifforma gvern mingħajr ma jfittex sieħba ta’ koalizzjoni.
Ir-rebbieħ f’din l-elezzjoni se jkollu tliet ijiem biex jinnegozzja koalizzjoni ma’ partit ieħor. Jekk dan ma jsirx, il-mandat jingħata lit-tieni partit.
Ritratt: Al Jazeera