Dalgħodu, il-Pulizija flimkien ma’ uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni komplew bl-ispezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni rregolari.
Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-ispezzjonijiet saru fl-inħawi tal-Ħamrun u Ħal Qormi, fejn instabu 24 persuna jgħixu b’mod irregolari.
Dawn il-persuni, li ġejjin mis-Senegal, mill-Ghana, min-Niġerja, mill-Gambja, mill-Mali, mill-Kosta tal-Ivorju, minn Benin, mill-Guinea, min-Niġer, mill-Etjopja u mis-Somalja, ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzjoni fejn inbena l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.