Mit-Tnejn 29 ta’ Mejju sas-Sibt 3 ta’ Ġunju, Malta se tkun qed tospita l-edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-żgħar. ONE permezz tal-programm ŻONA SPORT (Malta 2023) se jkun qed iwassal edizzjonijiet speċjali.
Il-programm ŻONA SPORT (Malta 2023) se jixxandar matul il-jiem tal-logħob kuljum b’żewġ edizzjonijiet diretti; programm fl-3:45pm u programm fit-8:10pm. It-tim ta’ ONE Sport se jkun qed jaġġorna dak kollu li se jkun qed jiġri lis-segwaċi ta’ ONE b’filmati, intervisti u riżultati.