Kollox jinsab għal-lest biex il-Ħadd filgħodu l-Partit Laburista jerġa’ jkun qrib in-nies f’attività politika fiċ-Ċentru Laburista ta’ Marsaxlokk.
Din l-attività tibda fl-10.30am u se jindirizzaha l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela.
Din se tkun l-ewwel attività li se ssir wara li, iktar kmieni din il-ġimgħa, il-Prim Ministru ħa sehem f’Summit tal-Kunsill tal-Ewropa fl-Iżlanda.
Waqt dan is-Summit, il-Prim Ministru għadda messaġġ ċar: li ma jistax ikun hemm paċi mingħajr ġustizzja u l-ebda ġustizzja mingħajr sens ta’ responsabbiltà.
Dwar l-attività tal-Ħadd tkellimna mal-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard, li ddeskrivietha bħala okkażjoni biex inkomplu nifhmu l-viżjoni li għandu l-Prim Ministru Robert Abela
Qalet, “Is-sala taċ-Ċentru Laburista ta’ Marsaxlokk, li hija waħda mdaqqsa sabiex aktar nies ikunu jistgħu jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru, Robert Abela. Qed nistiednu lin-nies sabiex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru hekk kif issa mdorrijjin minn Ħadd għal ieħor. Messaġġ li jagħti fiduċja, ottimist, u li jagħti l-viżjoni l-quddiem kemm lill-Partit Laburista kif ukoll lil pajjiż.”