Ben Ali Haten Samara ta’ wieħed u ħamsin sena mit-Tuneżija li ma għandux residenza fissa, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti b’mandat t’arrest Ewropew.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-akkużat qed jiġi mfittex mill-awtoritajiet kompetenti gudizzjarji fl-Italja, biex iservi sentenza ta’ prigunerija.
Dan wara li nstab ħati mill-awtoritajiet Taljani ta’ reati ta’ estradizzjoni.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li dan il-Mandat t’Arrest Ewropew ħareġ mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali ta’ Trieste.
Wara li rat ir-ritratti li ntbagħtu mill-awtoritajiet Taljani, il-Qorti ddikjarat li l-akkużat huwa l-istess persuna li huwa mfittex mill-awtoritajiet Taljani.
Dan wara li l-akkużat ma riedx jirrispondi mistoqsijiet dwaru.
Permezz tal-avukat tiegħu, l-akkużat ma tax il-kunsens għal din l-estradizzjoni. Huwa talab għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ma qablitx magħha l-Prosekuzzjoni.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest.