ESKLUSSIVA – Floriana FC jinsabu viċin li jaħtru lill-ex midfielder internazzjonali taljan Mauro Camoranesi bħala l-kowċ tagħhom għal istaġun li ġej.
Sorsi viċin din il-paġna k-konfermaw magħna li n-negozjati jinsabu f’stadju avvanzat ħafna tant li l-firma tiegħu hija imminenti.
Fl-2022 Camoranesi kien l-assistent kowċ tat-tim Franċiż ta’ Olympique Marseille. Huwa kellu wkoll esperjenzi ma’ NK Maribor u Tabor Sezana.
Fil-karriera tiegħu huwa lagħab ma’ numru ta’ timijiet ewlenin fosthom Juventus u Stuttgart.
Bla dubju din l-aħbar tkompli tikkonferma l-ħidma qawwija li għaddejjin biha Floriana FC partikolarment il-President Johann Said li qed jagħmel minn kollox sabiex jpatti għad-diżapunt tal-istaġun li għadu kif intemm.