Raġel ta’ 39 sena ntbagħat sena ħabs wara li ammetta li seraq il-mobile ta’ salesgirl.
Quddiem il-Maġistrat Victor Axiaq, Khalleefah Aljamie, ta’ 39 sena mil-Libja u li joqgħod Ħal Tarxien, ġie akkużat li nhar il-Ġimgħa seraq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Huwa taha l-imprssjoni li kien qed jara x’kien hemm fil-ħanut qabel ma seraq il-mowbajl, li jiswa kważi €659, waqt li s-salesgirl kienet aljenata.
Sidt il-mowbajl misruq għamlet rapport lill-Pulizija, li rrintraċċaw lir-raġel permezz tal-filmati tal-kameras tas-sigurtà.
Huwa qal lill-Qorti li ma jaħdimx u li jgħix fuq il-benefiċċji soċjali. Argumenta wkoll li, għalkemm jiftakar li seraq il-mowbajl, għamel dan għax ibati bid-dipressjoni u għax kien ħallat ix-xorb mal-mediċina, u għalhekk ma kienx jaf eżattament x’kien qed jagħmel. Madankollu, il-maġistrat irrimarka li din kienet ir-raba’ darba li huwa xellef difru mal-liġi.
Il-Qorti mhux biss tatu sentenza ta’ ħabs iżda ordnatlu li jieħu trattament ta’ tliet snin, minbarra li ordnatlu li ma jersaqx lejn il-vittma.
Huwa ġie ordnat ukolll biex, fi żmien 12-il xahar, iħallas għall-mobile li seraq.