Jason Gatt ta’ 37 sena minn Raħal Ġdid tressaq il-qorti akkużat li wettaq disa’ serqiet żgħar minn ħwienet fin-nofsinhar ta’ Malta. Is-serqiet saru bejn l-14 ta’ Diċembru u s-27 ta’ Jannar. Fost l-affarijiet li seraq kien hemm żraben tal-football, headphones ġugarelli u tip ta’ taġen minn ħanut f’Raħal Ġdid.
Huwa mifhum li Gatt għandu problema tad-droga u huwa magħruf sew mal-pulizija. Filfatt f’Diċembru li għadda kien taħt ordni ta’ probation għal serq li għamel ta’ kaxxi ta’ karità. Il-Qorti innutat li Gatt kiser il-kundizzjonijiet ta’ projbizzjoni. Il-qorti tagħtu ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2,000.