Qed isir xogħol biex titranġa ħsara li hemm fis-servizzi tal-kumpanija GO li qed taffettwa lill-klijenti tal-kumpanija fin-naħa t’isfel ta’ Malta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Jidher li seħħ inċident li fih intlaqtu l-cables, b’riżultat li klijenti minn Wied il-Għajn, Marsaxlokk u ż-Żejtun, fost l-oħrajn, qed jesperjenzaw problemi fis-servizzi tat-televiżjoni, tal-internet u tal-mobile.
Tim tekniku tal-GO qed jaħdem biex is-servizzi jirritornaw għan-normal mill-aktar fis.