Melvin Carmel Micallef ta’ tnejn u tletin sena minn Ħal Lija ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li spara tir mill-karozza.
L-akkużat ġie akkużat li, fis-sigħat bikrin tal-15 ta’ Mejju, biswit ir-roundabout ta’ San Pawl il-Baħar, uża arma tan-nar li ma kellux liċenzja fuqha u kkważa biża’ lill-allegat vittma Emanuel Attard.
Fil-Qorti nstema’ li Micallef beda jsuq bi traskuraġni meta l-vitttma teptiplu d-dawl tal-karozza. Kien hawn li l-akkużat ħareġ pistola u spara tir li ma kienx fid-diezzjoni tal-vettura.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti tatu l-libertà proviżorja b’diversi kundizzjonijiet. fosthom li depożitu ta’ tlett elef ewro u garanzja personali ta’ sbatax-il elf ewro.