Fl-ambitu tas-Summit tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa bilaterali mal-Ambaxxatriċi Amerikana għan-Nazzjonijiet Uniti, Linda Thomas-Greenfield.
Fuq Twitter, il-Prim Ministru qal li din kienet laqgħa pożittiva, fejn ġiet diskussa l-koperazzjoni u r-relazzjoni eċċellenti fil-Kunsill tas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti.
Il-Prim Ministru qal li waqt din il-laqgħa ġiet diskussa l-isfida tal-migrazzjoni.
Dr Abela qal ukoll li l-paċi fl-Ukrajna tibqa’ ta’ prijorità.
AQRA AKTAR: