Il-kap eżekuttiv ta’ OpenAI, Sam Altman, qed jiffaċċja mistoqsijiet dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (AI) waqt seduta fis-Senat tal-Istati Uniti.
Il-kumpanija OpenAI ħolqot l-app ChatGPT, li tista’ tikteb komponimenti, skripts, poeżiji, u ssolvi l-kodifikazzjoni tal-kompjuter b’mod simili għal kif jagħmel il-bniedem.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-politiċi se jfittxu tweġibiet dwar kwalunkwe theddid potenzjali li toħloq l-AI u jekk għandhiex tiġi regolata mill-gvern.
Altman mistenni jappella għal regolamentazzjoni tat-teknoloġija, waqt li qed jixhed għall-ewwel darba fil-Kungress.
Diversi esperti fosthom Dr Geoffrey Hinton, l-hekk imsejjaħ missier tal-IA, reċentement qajjem tħassib dwar din it-teknoloġija li qed tiżviluppa malajr.