Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena t-total ta’ dawk li siefru barra minn Malta kien 158,000 persuna.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, li wrew li kien hemm żieda ta’ 70,000 persuna meta mqabbel mal-ewwel kwart tas-sena l-oħra. Bejn Jannar u Marzu tas-sena, dawk li siefru barra minn Malta kienu 88,196.
Skont din l-istatistika, f’dan l-ewwel kwart tas-sena ħareġ li 90,851 persuna siefru fuq btala, waqt li 43,664 persuna siefru sabiex iżuru lil qrabathom jew sħabhom.
Skont l-NSO, f’dawn l-ewwel tliet xhur tas-sena, l-aktar pajjiż li siefru lejh nies minn Malta kien l-Italja – b’total ta’ 56,047 persuna. Wara jsegwu r-Renju Unit, Spanja, Franza, u l-Ġermanja.
Dawk li siefru fl-ewwel kwart ta’ din is-sena b’kollox nefqu aktar minn €130 miljun: medja ta’ €832 kull persuna.
Ritratt: italyperfect.com