Il-Kummissjoni Ewropea rrevediet ‘il fuq, għal darba oħra, it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna għal din is-sena u s-sena d-dieħla.
Dan intqal mill-Prim Ministru Robert Abela, f’messaġġ fuq Twitter, b’reazzjoni għat-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa tal-Kummissjoni Ewropea, fejn qed ikun imbassar li Malta se jkollha t-tieni l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea, din is-sena u s-sena d-dieħla.
Il-Prim Ministru qal ukoll li f’dan ir-rapport, pajjiżna se jkollu fost l-inqas rati ta’ qgħad, waqt li r-rata ta’ inflazzjoni se tonqos b’aktar min-nofs.
Dr Abela temm jgħid f’dan il-messaġġ fuq Twitter li l-Gvern immexxi minnu se jkompli jagħti ċ-ċertezza u stabilità.
@EU_Commission made another upward revision of our economic growth for this year and next year. The Spring forecast predicts the 2nd largest growth, lowest unemployment rate & inflation rate down by more than half. @MaltaGov will continue to deliver certainty & stability. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) May 15, 2023
AQRA WKOLL: