Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky jinsab fi żjara fir-Renju Unit biex jiltaqa’ mal-Prim Ministru Rishi Sunak.
Fi tweet, huwa ddeskriva lil Sunak bħala ħabib u qal li n-negozjati bejniethom għandhom iħallu l-frott. Nhar il-Ħamis li għadda, ir-Renju Unit ħabbar li se jkunu qed jgħinu fil-provista ta’ missili li jilħqu distanzi twal. Dan sabiex tkun miġġielda l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajn.a
Zelensky qed jiltaqa’ mal-mexxejja tal-Punent, bil-għan li jfittex li jsaħħaħ l-appoġġ għall-Ukrajna. Fir-ritratt ma’ dan l-artiklu, jidher waqt żjara fil-Ġermanja li għamel ilbieraħ.
Fuq Twitter, Zelensky qal li r-Renju Unit huwa pajjiż importanti meta l-Ukrajna tiġi biex tespandi l-kapaċitajiet tagħħa fuq l-art u fl-ajru.
Sunak mistenni jafferma l-importanza li jipprovdi appoġġ lill-Ukrajna waqt it-taħdidiet li se jsiru fir-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru tar-Renju Unit.
Ritratt: EPA