Balzan FC ħabbru uffiċjalment l-akkwist tal-midifelder internazzjonali Malti Triston Caruana. Caruana lagħab għal dawn l-aħħar tlett staġuni ma’ Valletta FC wara li kien ingħaqad magħhom mingħand Hamrun Spartans. Ma’ Valletta lagħab b’kollox 80 partita.
Caruana, li għandu 31 sena, kien beda’ l-karriera tiegħu ma’ Hibernians fejn anke rebaħ l-Kampjonat magħhom fl-istaġun 2008/2009.
Tul il-karriera tiegħu kellu wkoll esperjenzi ma’ Qormi u Tarxien Rainbows rispettivament.
L-esperjenza ta’ Caruana bla dubju se tkun importanti ħafna għat-tim ta’ Balzan immexxi mill-kowċ Oliver Spiteri kemm fil-Kampjonat u anke f’logħbiet Ewropej hekk kif minn hawn u ftit tal-ġimgħat oħra Balzan jibdew bil-preparamenti tagħhom għal logħob ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Ewropa Conference League.