L-Air Malta avżat li, minħabba rjieħ qawwijin ħafna fuq il-gżejjer Maltin, it-titjiriet KM377 minn Berlin lejn Malta u KM477 minn Pariġi Orly lejn Malta kellhom jinżlu fl-ajruport ta’ Katanja.
Fi stqarrija, il-linja nazzjonali tal-ajru qalet li t-titjiriet ikomplu l-aħħar parti ta’ triqithom lejn Malta malli ma jibqax perikoluż li dan isir.
L-Air Malta talbet apoloġija għall-inkonvenjent li seta’ nħoloq u saħqet li tibqa’ dejjem tpoġġi fuq quddiem nett is-sikurezza tal-passiġġieri u tal-membri tal-ekwipaġġ tagħha.