Raġel ta’ 54 sena minn San Pawl il-Baħar, tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-17:00 ta’ waranofsinhar fil-Bypass ta’ Birkirkara meta għal xi raġuni s-sewwieq tal-mutur tilef il-kontroll tal-mutur bil-konsegwenza li kellu impatt mal-barrikati tal-ħadid.
Kawża tal-impatt, il-mutur spiċċa madwar ħamsin metru bogħod mill-vittma.
Sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post kawża tal-impatt u l-ġrieħi li ġarrab.
Fuq il-post tal-incident wasal ukoll l-espert forensiku t-tabib Mario Scerri.
Il-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija tad-Distrett u dwaru nfetħet ukoll Inkjesta Maġisterjali.