Azzjoni immedjata mill-Pulizija wasslet biex Raġel ta’ 33 sena mill-Imsida u ieħor ta’ 53-il sena mill-Mosta ġew arrestati wara li allegatament serqu xufier ta’ taxi.
Għall-ħabta tad-9:00 tas-Sibt filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Wied Tal-Imsida, l-Imsida.
Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li persuna kienet bbukkjat is-servizz ta’ vettura, u kif wasal ix-xufier fuq il-post, wieħed mill-irġiel daħal fil-karozza u allegatament heddu b’xi arma u talbu l-flus.
Ix-xufier għamel dak li kien allegatament ordnat u tah il-flus u niżel mill-karozza. L-ħalliel ħarab biha minn fuq il-post.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn immedjatament bdiet bit-tfittxijiet għalih u, madwar siegħa wara l-vettura ġiet iċċirkondata fi Triq il-Ħarrub u ħdejn il-vettura nstabu żewġt irġiel, wieħed minnhom, l-allegat persuni li wettqu is-serqa.
Iż-żewġt irġiel ġew arrestati minnufih u saret tfittxija fuqhom fejn ġew elevati diversi oġġetti b’rabta mal-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.
L-allegat ħallelin qedgħin jinżammu arrestati fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana u l-inkjesta qed titmexxa mill-maġistrat Marse-Ann Farrugia.