Il-futur politiku tal-President attwali Tork, Tayyip Erdogan jinsab mhedded fid-dawl tal-elezzjoni ġenerali.
Dan wara li l-Oppożizzjoni tiegħu, mmexxija minn Kemal Kilicdaroglu jinsab qed igawdi minn appoġġ b’saħħtu skont analisti politiċi.
Jekk dan tal-aħħar jieħu t-tmun tat-Turkija f’idejh ikun qed itemm renju ta’ Erdogan wara għoxrin sena.
Fl-aħħar sigħat tal-kampanja elettorali Torka, l-Oppożizzjoni ta’ Erdogan inġemgħet b’messaġġi favur il-paċi u d-demokrazija.
Dan filwaqt li r-rival politiku ta’ Erdogan qiegħed jitkellem dwar sfidi oħra li bħalissa qed taffaċċja t-Turkija, fosthom il-pressjonijiet inflazzjonarji u dawk marbuta maż-żewġ terremoti fi Frar li għadda.