Diversi uffiċjali pubbliċi ġew rikonoxxuti għall-ħidma tagħhom waqt l-għeluq tal-ewwel edizzjoni tal-‘Public Service Expo’, f’ċerimonja li saret taħt il-patronċinju tal-President ta’ Malta, George Vella.
Fil-fatt ingħataw ħames rikonoxximenti lil diversi uffiċjali pubbliċi hekk kif bord imwaqqaf apposta rċieva kważi tliet mitt nominazzjoni.
Il-Best Green Initative ingħata lill-Inġier Ramon Tabone li ħadem fuq proġett li naqqas il-ħela ta’ sħana mill-inġenji taċ-Chillers tal-isptar.
L-Information Management Unit tal-Ministeru għall-Politika Soċjali kien rikonoxxut bil-‘Best Digital Solution’ għall-iżvilupp tal-pjattaforma ‘mySocial Security’.
It-tim tal-Pulizija fil-Komunità fil-Marsa ġew rikonixxuti tad-diversi attivitajiet inklussivi permezz tal-Inclusion Award.
Dan filwaqt li, l-Malta Food Agency ġiet rikonoxxuta bl-Inspiring Social Responsibility Award għat-tqassim ta’ frott, ħaxix u ħut frisk lil soup kitchens u food banks.
Fl-aħħar nett il-proġett tas-sena ngħata lid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità għall-proġett ‘Dar Padova’.
Fiċ-ċerimonja l-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana, ddeskriva l-uffiċjal pubbliku bħala l-akbar riżorsa li għandu s-Servizz Pubbliku.
Dan filwaqt li qal kif okkażjonijiet bħal dawn jippremjaw il-motivazzjoni, linnovazzjoni u s-sens ta’ appartenenza tal-uffiċjal.
Intant, fl-indirizz tiegħu, il-President ta’ Malta, George Vella nnota l-investiment teknoloġiku li sar, turija ċara tal-mod dinamiku li s-Servizz Pubbliku qiegħed jevolvi biex jaqdi l-ħtiġijiet tas-soċjetà dinamika tal-lum.
“Huwa dan li ċ-ċittadin Malti u Għawdxi jistenna, jistenna Servizz Pubbliku li jkun motivat u aktar milli motivat anki li jkun ambizzjuż u li jinvesti f’għada u l-futur. Sinjuri jiena nagħlaq billi nieħu l-okkażjoni biex inrodd ħajr lil kull uffiċjal pubbliku tal-impenn tiegħu fil-livelli kollha.”
Il-President ta’ Malta George Vella