Jinsabu fi stadju avvanzat ix-xogħlijiet fuq iċ-Ċentru Akkwatiku u Sportiv fir-Rabat Għawdex.
Fil-fatt, ix-xogħol fuq dan il-proġett massiċċ miexi kif ippjanat u l-ewwel fażi tal-proġett, li tinkludi s-soqfa tal-faċilitajiet, waslet biex titlesta.
Iċ-Ċentru Akkwatiku u Sportiv huwa mifrux fuq medda ta’ madwar 5,000 metru kwadru u se jkun mgħammar b’faċilitajiet sportivi tal-aqwa livell u pixxina ta’ daqs Olimpiku fost l-oħrajn.
F’dan il-proġett multi miljunarju se jsiru faċilitajiet għal dixxiplini sportiv oħra, fosthom basketball u ġinnastika.
Il-Perit tal-proġett Godwin Sultana li qiegħed jiħu ħsieb dan il-proġett qal li bħalissa x-xogħol miexi lejn it-tielet u l-aħħar fażi u ddeskriva l-progress li sar f’dan il-proġett bħala wieħed eċċellenti. Kompla jispjega li qed jiġi installat it-tagħmir tal-pixxina u x-xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi issa jinsabu fi stadju avvanzat.
“The mechanical electrical works are moving up and aligning with the other phases as well and progressing very well. Movable floor has been manufactured abroad and we are getting a set date for its delivery and installation so as you can see a lot of works are coming together at the final phase of these works.”
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ddeskriva l-proġett bħala wieħed kruċjali għall-gżira Għawdxija u qal li kif imwiegħed din se tkun faċilità mill-aqwa kif jixraq lill-isportivi Għawdxin u lil Għawdex.
“Propju s-sena d-dieħla nkunu wasalna lejn tmiem dan il-proġett u jibda jitgawda mill-isportivi, mill-Għawdxin, mill-pubbliku u nattiraw anka turiżmu apropożitu jintuża dan l-istess kumpless.”