Serb ta’ 45 sena nstab mejjet fl-appartament tiegħu f’Tas-Sliema.
Kelliema għall-Pulizija qaltilna li sħab il-vittma għamlu r-rapport lill-Pulizija hekk kif ma marx ix-xogħol mingħajr ma ta spjegazzjoni.
Il-Pulizija sgassaw il-bieb tal-appartament li jinsab fi Triq in-Nazzarenu u sabu l-katavru tar-raġel. Infetħet inkjesta maġisterjali biex jiġi stabbilit x’wassal għall-mewt ta’ dan ir-raġel.
Ritratti: Jessica Sultana