Il-Kummissjoni Maltija tal-Films nediet il-fond tal-films qosra “Malta Create”. Din hija inizjattiva mmirata biex tappoġġja lill-produtturi tal-films emerġenti biex jippromwovu talent u kreattività ġodda fi ħdan l-industrija tal-films lokali, u jrawwem aktar tkabbir u żvilupp.
Il-Malta Create għandha fond ta’ €100,000 biex tgħin lil dawk interresati jipproduċu film qasir. L-applikazzjonijiet huma miftuħa sas-7 ta’ Ġunju 2023.
Waqt il-Mediterrane Film Festival, panel ta’ esperti tal-films se jiġġudikaw l-applikazzjonijiet u jitħabbar ir-rebbieħ.
Il-Kummissarju tal-Films ta’ Malta Johann Grech qal: “Irridu nispiraw ġenerazzjoni ġdida ta’ produtturi tal-films u crews. U llum, qed ninvestu aktar fil-produtturi tal-films ta’ għada.”
Il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo żied jgħid: “Billi ninvestu fit-talent lokali tagħna, mhux biss qed nippromwovu t-tkabbir tal-industrija tal-films ta’ Malta iżda wkoll nikkontribwixxu għar-rikkezza kulturali tan-nazzjon tagħna. Aħna impenjati li nipprovdu aktar riżorsi biex insaħħu l-industrija kreattiva tagħna, nappoġġaw lill-produtturi tal-films emerġenti.”
Żur dan is-sit għal aktar dettalji.
Aqra Iktar