Il-Kumitat Olimpiku Malti dalgħodu ħabbar l-ismijiet tal-kontinġent Malti li se jkun qed jirrappreżenta lil pajjiżna fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa (GSSE) f’Malta.
Mid-29 ta’ Mejju, Malta se tkun rappreżentata minn taħlita ta’ atleti b’esperjenza u rebħ ta’midalji fl-Logħob preċendenti kif ukoll atleti iżgħar li ser jiddebuttaw fil-GSSE.
Id-Direttur Sportiv tal-KOM Charlene Attard, iddeskriviet il-proċess ta’ tħejjija u għażla teknika li ilu għaddej għal dawn l-aħħar xhur.
“Atleti li kienu qed jikkompetu għal posthom fit-Team Malta ħadmu ħafna biex jiksbu din is-sejħa tant mistennija. Il-preparazzjoni tagħhom kienet metikoluża u ppjanata tajjeb u nistennew bil-ħerqa li fil-ġimgħat li ġejjin naraw ir-riżultati tal-prerparamenti intensivi tagħhom” irrimarkat Attard.
Fost l-atleti li jilbsu l-uniformi Maltija, fl-aħħar tax-xahar, hemm ir-rebbieħa tal-midalja tal-Logħob tal-Commonwealth, tal-Mediterran, u tal-European Youth Olympic Festival, Katryna Esposito (Judo), Elaine Genovese u Francesca Curmi (Tennis), u Matthew Galea Soler (Atletika) rispettivament. Jingħaqdu magħhom diversi rebbieħa tal-midalji tal-GSSE tal-passat li qed jikkompetu biex iżidu l-ammont tal-midalji tagħhom ġewwa darhom.
Għall-ewwel darba, Malta se tkun qed tadotta l-kunċett ta’ Team Captain.
L-iskop ta’ dan ir-rwol huwa li din il-persuna jispira u jmexxi kif ukoll jappoġġa lill-membri tal-kontinġent meta jkun meħtieġ. Dan l-unur ġie mogħti lill-atleta Olimpika Eleanor Bezzina (Sparar), li għandha storja sportiva notevoli u. Din se tkun il-ħames parteċipazzjoni tagħha fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.
Ix-Chef de Missjoni għal dawn il-Logħob, Paul Sultana spjega l-ippjanar u l-koordinazzjoni bir-reqqa li sar mill-Kumitat Organizzattiv li ilu jaħdem bla heda biex jassigura li kollox jimxi tajjeb.
Sultana spjega li Malta hija ppreparata sew biex tilqa’ ‘il fuq minn 1000 atleta u uffiċjal fil-ġimagħtejn li ġejjin.
Il-President tal-KOM Julian Pace Bonello tenna r-responsabbiltà li għandhom l-atleti biex mhux biss jiksbu riżultati tajbin iżda jkunu l-aqwa ambaxxaturi li Malta jista’ jkollha billi jħaddnu l-prinċipji tal-isport u l-fair play. Pace Bonello appella lill-pubbliku biex juri l-appoġġ tiegħu billi jimla d-diversi faċilitajiet li ser jospitaw sawn il-Logħob.
Dawn huma l-atleti li se jirrappreżentaw lil pajjiżna
Atletika
Claire Azzopard, Luke Bezzina, Lisa Bezzina, Nikolai Bonello, Rosalie Borg, Mireya Bugeja, Steve Camilleri, Luke Camilleri, Mireya Cassar, Dillon Cassar, Antonella Chouhal, Joelle Cortis, AlessiaCristina, Peppijna Dalli, Jean Paul Debono, Gaetano Di Franco, Luke Farrugia, Matthew Galea Soler, Ian Paul Grech, Beppe Grillo, Sana Grillo, Jordan Gusman, Armani James, Dario Mangion, Claire McNamara, Gina McNamara, Lloyd Mhiripiri, Jared Micallef, Benjamin Micallef, Josepha Micallef , Luke Micallef Perconte, Bradley Mifsud, Rachela Pace, Thea Parnis Colerio, Graham Pellegrini, Janet Richard, Daniel Saliba, RebeccaSare’, Carla Scicluna, Martha Spiteri, SimonSpiteri, Kay Testa, Charlotte Wingfield, Jeremy Zammit
Judo
Kris Bartolo, Isaac Bezzina, Francesca Catania, Kirsty Cauchi, Katryna Esposito, Sadek Khalaf, Valerian Ogbaidze, James Zahra
Għawm
Mya Azzopardi, Victoria Balderacchi, Georgia Bohl, Dylan Cachia, Nathan Cachia, Sarah Demicoli, Francesca Falzon Young, Matthew Galea, Maya Galea, Sasha Gatt, Andrea Mallia, Simon Mallia, Nathan McCleve, Amy Micallef, Nirvana Micallef, Kyle Micallef, Michela Portelli, Rudi Spiteri, Michael Stafrace, Raoul Stafrace, Sean Wareing, Thomas Wareing, Thomas Woods.
Ibburdjar
Lacey Aquilina, Shaun Aquilina, Samantha Axisa, Jacob Azzopardi, Isaac Azzopardi, Aly Badawy, Nicolai Bartolo, Julia Borg, Kurt Borg, Katrina Briffa, Laidon Buhagiar, Mia Busuttil, Matthew Cachia Debono, Ryder Croft, Ella Demicoli, Alexandr Denisiuc, Emily Fenech, Matthew Flores, Crispin Gauci Peresso, Marianne Heller, Jake Mallia, Gary Mercieca, Lara Merten, Katrina Micallef, Jonas Micallef, Michela Mifsud , Gregory Mifsud Orlando, Michela Mizzi, Aleksandra Nagrudnaia, Maria Nagrudnaya, Dimitrios Pipi – Vertsonis, Maya Podesta, Leonardo Procopio, Luke Rausi, Matthias Spiteri, Tomek Vaccaro, Timmy Vassallo, Benjamin Vassallo, Sophie Villette, Jean Zahra
Sparar
Marcello Attard, Gianluca Azzopardi Spiteri, Eleanor Bezzina, Mariah Busuttil, William Chetcuti, Clive Farrugia, James Galea, Mikela Galea, Matthew Grech, Nico Sciberras, William Vella.
Squash
Bradley Deguara Hindle, Annabelle Diamantino, Niall Engerer, Amke Fischer, Dean Gera, Kresten Hougaard, Johanna Rizzo, Mattea Saliba, Julian Scerri, Duncan Stahl, Colette Sultana, Lijana Sultana, Kijan Sultana, Daniel Zammit-Lewis.
Table Tennis
Daniel Bajada, Anthea Cutajar, Gabriel Grixti, Camella Iacob, Viktoria Lucenkova, Dmitrij Prokopcov, Renata Strbikova, Felix Wetzel,
Tennis
Matthew Asciak, Francesca Curmi, Alex DeGabriele, Liam Delicata, Elaine Genovese, Emma Montebello, Matija Pecotic, Helen Pellicano.
Għaż-żewġ dixxiplini tat-timijiet, il-baskitbol u Rugby 7s, intgħażlet skwadra proviżorja, bl-iskwadri finali jitħabbru aktar qrib il-Logħob.