Illum it-12 ta’ Mejju huwa l-Jum Internazzjonali tal-Infermiera. It-tema ta’ din is-sena magħżula mill-Kunsill Internazzjonali tal-Infermiera hija “L-Infermiera tagħna, il-Futur tagħna”.
F’din l-okkażjoni, bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għas-Saħħa, l-MUMN ippubblikat ktieb bl-isem ‘L-Infermerija tar-Ruħ’ ta’ Fr. Mario Attard OFM KAP.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fi stqarrija l-MUMN qalet li dan il-ktieb huwa l-għodda perfetta biex tfakkar din l-okkażjoni speċjali.
Intant il-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel ta’ Malta jirrikonoxxa u faħħar il-kontribut indispensabbli tal-infermiera fis-servizzi kollha tas-saħħa f’Malta u Għawdex. Farrku li l-infermiera jqattgħu l-aktar ħin mal-pazjenti tagħhom, u għalhekk huma indispensabbli.