Norbert Attard hu r-rebbieħ tal-Premier League tad-darts meta f’finali missielta għeleb lil Albert Scerri 7-6 fl-aqwa minn 13-il game.
Attard kien 4-0 minn fuq fl-ewwel parti tal-logħba iżda Scerri wettaq reazzjoni sabiex dejjem resaq viċin l-avversarju tiegħu.
Lejn l-aħħar l-iskor kien 6-6, b’Scerri jonqos milli jieħu l-punt fid-dart finali u b’Attard li ħa vantaġġ sabiex għalaq l-iskor u eventwalment ħa r-rebħa finali.
Aktar qabel fis-semifinali, Norbert Attard rebaħ lil Tony Borg filwaqt li Albert Scerri kien elimina lil Enrico Scerri.
Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Malta Darts Association Roderick Zammit ippreżenta t-tazza lil Norbert Attard bħala r-rebbieħ tal-kategorija tal-irġiel u lil Althea Ciantar bħala r-rebbieħa fis-sezzjoni tan-nisa.