Stephen Bonello, li kien involut f’inċident tat-traffiku lbieraħ, jista’ jgħoddha b’waħda.
Fuq il-mezzi soċjali, huwa kellu kliem ta’ apprezzament lejn il-forzi tal-ordni wara li tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u baqa’ dieħel f’siġra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00pm fir-Rabat, ftit qabel ir-round about li twassal lejn Ħaż-Żebbuġ.
Bonello, li huwa mill-Mtarfa u attiv ħafna fis-soċjetà, qal li ma sofriex ġrieħi gravi, iżda l-esperjenza kienet waħda kerha. Infatti, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom iqattgħu partijiet mill-karozza biex seta’ jinħareġ minnha.
Ritratt tal-inċident: talk.mt