Diversi persuni sfaw midruba wara li rapporti fuq midja barranija qed tgħid li kien hemm splużjoni u kif ukoll nirien fil-metro station tal-kapital ta’ Franza.
Ġurnalist Franċiż irrapporta kif tmien persuni ndarbu kawża tal-inċident, fejn fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Pulizija u kif ukoll ta’ membri tat-tifi tan-nar biex jikkontrollaw in-nirien.
Kelliem għall-Pulizija tkellem ma’ Reuters fejn insisita li “Dan mhux att terroristiku.”
Żied jgħid li żewġ persuni ġarrbu ġrieħi ħfief wara li belgħu d-dħaħen.