Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann ġiet organizzata konferenza ffukata fuq ‘L-Ekwilibriju bejn il-Konservazzjoni u l-Ispiritwalità’.
Din hija tema importanti li tenfasizza l-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn il-preservazzjoni tas-sinifikat storiku u kulturali tal-katidrali u l-artefatti tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li s-sinifikat spiritwali tagħhom jibqa’ rilevanti għas-soċjetà kontemporanja.
Din il-konferenza laqqgħet flimkien grupp divers ta’ riċerkaturi, studenti, u esperti fil-qasam tal-konservazzjoni, tax-xjenza, u tal- arkitettura minn madwar l-Ewropa u tipprovdi spazju għal netwerking u diskussjonijiet dinamiċi.
B’kelliema minn Malta, mill-Italja, mill-Ġermanja, mill-Awstrija, mill-Polonja, minn Franza, mit-Turkija, mill-Ukrajna, mir-Renju Unit, mill-Iżvizzera, u minn Spanja, din il-konferenza offriet opportunitajiet abbundanti għal dawk li attendew biex jaqsmu l-għarfien u l-esperjenza tagħhom dwar kif il-valuri tal-komunità reliġjuża ma’ dawk tad-dinja tal-konservazzjoni jingħaqdu flimkien.
Din il-Konferenza ġiet organizzata mill-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, b’kollaborazzjoni mal-Opera della Primaziale Pisana, f’Pisa.
Il-President tal-Fundazzjoni, il-Professur Dun Emmanuel Agius, qal li huwa ta’ unur li pajjiżna qed jilqa’ din il-konferenza.
SOT 1 EMMANUEL AGIUS
Il-President tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann qal “We decided to convey this conference at the St John’s Cathedral for two reasons. First, there is no better historical monument on our island than the ongoing challenge of equilibrium between conservation and spirituality.”
Is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, qal li huwa onorat li qed jindirizza din il-konferenza minħabba l-fatt li t-temi magħżula jimxu pari passu ma’ dak li titkellem fuqu l-Knisja Kattolika.
Pietro Parolin qal “The Catholic Church considers artists as genuine collaborators since they have built our temples to celebrate our dogmas and they enriched them heavily. Artists have supported the Church in translating our divine message.”
Dan l-avveniment Ewropew ġie megħjun mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u Gvern Lokali, mill-Ministeru għat-Turiżmu, u mill-Bank of Valletta.
Il-Ministru Owen Bonnici spjega li l-Kon Katidral ta San Gwann huwa eżempju ċar ta kif qed jinħoloq bilanċ bejn il-konservazzjoni u l-ispiritwalita.
Min-naħa tiegħu l-Arċisqof Charles J. Scicluna spjega li l-konservazzjoni hija importanti mhux biss biex ma intilifx l-arti, imma wkoll biex jgħin biex wieħed ikompli japprofondixxi l-ispiritwalità tiegħu.