Raġel ta’ 68-il sena li jgħix is-Siġġiewi weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi stess.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar fi Triq l-Imqabba.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ li tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq ħabat ġo ħajt.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.