Bejn il-Ġimgħa 5 u l-Ħadd, 7, is-sewwieqa tal-karting Maltin Ella Zammit u Benji Westwood kienu fis-South Garda Karting fi Brescia, l-Italja, għat-tielet round tar-ROK Cup Italia,
Westwood kellu ritmu tajjeb fit-tiġrijiet kollha, u laħaq ħinijiet kompetittivi bl-aqwa sewwieqa bħal Aina Hakkinen, it-tifla ta’ Mika Hakkinen issuq miegħu fl-istess klassi.
Fil-kwalifikazzjoni, Westwood spiċċa fid-9 post. L-1 heat beda fil-11 il-post u spiċċa fis-16, u t-tieni heat reġa beda fil-11 il-post. Matul it-tellieqa avvanza 8 postijiet sar-raba post iżda spiċċa t-tellieqa fis-seba post. Beda il-finali fl-14-il post minn 54 sewwieq u spiċċa fil-25 post. Kien tmiem il-ġimgħa ta’ sfida kbira. Il-provi tal-Ġimgħa bdew b’ħinijiet mill-aqwa sakemm inċident tat-tlielaq ħalla lil Westwood bil-qafas tal-kart mgħawweġ. Il-Ħadd, Westwood kellu jsuq b’kart ġdida fjamanta.
Ella Zammit ikkompetiet fil-Kategorija Super ROK. Sfortunatament, Zammit ukoll kellha problemi mekkaniċi f’ħafna mit-tiġrijiet u eventwalment spiċċat fl-14-il post minn 17 il-sewwieq.
Kienet esperjenza ta’ taħriġ mill-aqwa, magni u tajers ġodda, setup ta’ karts differenti u tlielaq kontra ħafna karts. Kollox juri li kemm Westwood kif ukoll Zammit għandhom kapaċitajiet meħtieġa, iżda jeħtieġ iż-żmien, il-paċenzja u ħafna prattika.