Bejn il-Ġimgħa 21, u t-Tnejn 24, il-Classic Fiat 500 Club Malta organizza t-tielet Malta Fiat 500 International Rally, li laħqet il-qofol tagħha f’Montekristo nhar il-Ħadd 23 ta’April. Minbarra ‘l fuq minn 50 karozza lokali, ġew Malta ‘l fuq minn 50 karozza oħra minn Sqallija, Puglia u Reggio Calabria.
Membri tal-klabb lokali laqgħu lill-parteċipanti barranin fil-port fil-Belt Valletta u żaru diversi postijiet ta’ interess madwar il-gżira, bħall Wied iż-Żurrieq, il-Mużew tal-Karozzi Klassiċi, il-Belt Valletta u l-Villaġ tas-snajja f’Ta’ Qali, fost oħrajn.
Wara l-ikel, Christopher Borg, f’isem il-Classic Fiat 500 Club Malta, għamel xi preżentazzjonijiet lil dawk mill-Italja, VisitMalta u lill-helpers kollha lokali u barranin.
Il-membri tal-Classic Fiat 500 Club Malta mistennija jirreċiprokaw iż-żjara f’Ġunju.
Photo Credit: David Axisa