Erba’ impjegati tal-Freeport, ġew immultati sitt miljun u sitt mitt elf ewro kull wieħed u kkundannati tnax-il sena ħabs bejniethom b’rabta ma’ serq ta’ kontejner mill-Freeport.
Il-każ imur lura għall-2015 fejn insteraq kontejner li kien fih madwar għaxar miljun sigarett.
Il-kontejner tbattal u kien ritornat lura l-Freeport bis-siġilli tad-Dwana f’mdawar siegħa u nofs.
L-akkużati ġew mixlija li ffordaw lill-Gvern aktar minn miljun u sitt mitt elf ewro f’dazju tas-SISA, ftit inqas minn mitejn elf f’dazju tal-importazzjoni u aktar minn tliet mija u tmeninel elf f’VAT, b’kollox aktar minn żewġ miljun ewro.
Cristopher Calleja, ta’ 69 sena mill-Belt Valletta, li kien uffiċċjal tas-sigurtà ġie kkundannat erba’ snin ħabs filwaqt li Malcom Zammit ta’ 44 sena minn Ħal Qormi, burdnar kien ikundannat tliet snin ħabs.
Fi proċeduri separati, Sebastian Zammit ta’ 73 sena, minn Ħal Safi, uffiċjal tad-Dwana, kien ikundannat tliet snin ħabs filwaqt li Roderick Borg, ħaddiem tal-Freeport ġie kkundannat tliet snin priġunerija.
Dan filwaqt li ġew ordnati jħallsu l-ispejjeż tal-Qorti filwaqt li l-kontejner kien ikkonfisikat.