Id-9 ta’ Mejju għandu sinifikat partikolari għall-Maltin minħabba li fih il-knejjes Maltin u Għawdxin jiċċelebraw il-festa ta’ San Ġorġ Preca.
San Ġorġ Preca huwa l-ewwel qaddis Malti – saċerdot li fis-skiet tiegħu ġab rivoluzzjoni fl-evanġelizzazzjoni u l-katekeżi f’Malta.
Kien pijunier għax fehem il-ħtieġa li l-lajċi jistgħu wkoll iwasslu l-kelma t’Alla fi żmien meta s-saċerdoti biss kienu jgħallmu d-duttrina.
San Ġorġ lahaq saċerdot fl-1906 u l-ewwel quddiesa tiegħu qaddisha fil-knisja ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun. Huwa ddedika ħajtu jgħallem liż-żgħażagħ.
Waqqaf is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (il-MUSEUM) ftit wara li laħaq saċerdot u għalkemm għall-ewwel il-Knisja kienet beżgħana minn xi tagħlim ġdid li seta’ jtebba’ t-tradizzjoni Nisranija, snin wara, meta l-Knisja stess għarfet il-ġid li kien qed jagħmel dan is-saċerdot, id-djar għat-tagħlim nisrani bdew jiftħu waħda wara l-oħra fil-parroċċi.
Dun Ġorġ miet fis-26 ta’ Lulju 1962.
Il-ġurnata tal-lum timmarka wkoll il-tnejn u għoxrin anniversarju minn meta l-Papa Ġwanni Pawlu II bbeatifika lil Dun Ġorġ Preca flimkien mal-Beati l-oħra Maltin Nazju Falzon u Marija Adeodata Pisani.
Kien, imbagħad, nhar it-3 ta’ Ġunju fl-2007 meta l-Papa Benedittu XVI iddikjara lil Dun Ġorġ Preca qaddis.