Din il-ġimgħa, is-sitt episodju ta’ Natura Maltija. Dawn iż-żewġ episodji li ġejjin is-6 u s-7 wieħed, jiffukaw fuq l-għasafar u din il-ġimgħa, nibdew bl-għasafar żgħar li jbejjtu u oħrajn tal-passa. Fosthom Bufula tal-imwreħa omm tieħu ħsieb liż-żgħar tagħha u l-ispettaklu taz-zakak abjad li jsir kuljum fix-xitwa fil-Belt Valletta. Naraw ukoll il-Bekkafik u z-Zakak tad-Dell waqt il-mawra tagħhom f’pajjiżna.
Natura Maltija hi sensiela unika għal pajjiżna. 13-il episodju ta’ bejn 15 u 23 minuta, li jitratta l-għaġir tal-wirt naturali Malti. Kollox miġbud fuq il-gżejjer Maltin. Konsultazzjoni xjentifika ma’ esperti lokali fuq kull speċi indirizzata. Dan il-programm uniku huwa ta’ l-ewwel tat-tip tiegħu fuq il-midja Maltija – bil-maġġoranza ta’ speċi qatt ma ġew iffilmjati qabel.
Infakkruk li tista’ terġa’ ssegwi l-episodji ta’ qabel fuq https://one.com.mt/series/naturamaltija/
Idħol fuq il-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/maltesenature għal aktar informazzjoni. Waqt li fuq Youtube shorturl.at/bdHP5 tista ssib il-filmati kollha tal-ewwel sensiela. Jistgħu jintużaw għat-tgħallim, speċjalment minn ġenituri u għalliema biex jgħallmu lit-tfal.
Repettizjoni fuq ONE – L-Erbgħa fis-07:35, il-Ħamis f’12:05, il-Ħadd fis-07:35.