Minn tal-inqas 21 persuna tilfu ħajjithom wara li dgħajsa nqalbet fl-istat Indjan ta’ Kerala.
L-ammont ta’ vittmi hu mistenni li jiżdied hekk kif l-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ għadhom għaddejjin.
Qed jingħad li l-każ seħħ wara li fuq id-dgħajsa ttellgħu aktar persuni milli sippost li kkawża lid-dgħajsa tinqaleb. Id-dgħajsa kienet tiflaħ madwar 50 persuna, iżda rapporti fuq il-midja jsostnu li kellha abbord id-doppju.
Fost il-vittmi hemm nisa u tfal li kellhom vaganza mill-iskola.
Ritratt: PTI