- Kompetizzjoni tal-Fotografija ‘Spectacular Views of Malta’
- Ir-ritratti rebbieħa se jiġu maħruġa bħala bolli u se jkunu qegħdin awtomatikament jipparteċipaw f’ kompetizzjoni oħra internazzjonali.
MaltaPost qiegħda tniedi kompetizzjoni tal-fotografija li tistieden lill-pubbliku biex jissottometti ritratti li juru xeni spettakolari tal-Gżejjer Maltin. Ir-ritratti rebbieħa se jkunu qegħdin jidhru fuq bolla ta’ Malta li tiġi pprintjata f’pajjiżi fid-dinja kollha.
Ir-ritratt li jiġi fl-ewwel post se jkun qiegħed jieħu sehem f’ kompetizzjoni internazzjonali li tiġi organizzata minn SEPAC (Small European Postal Administration Cooperation).
Il-kompetizzjoni bl-isem ta’ ‘Spectacular Views’ tistieden lill-pubbliku biex jieħu ritratti li juru xeni sbieħ milll-Gżejjer Maltin. Dawn jistgħu jinkludu ritratti tal-kampanja Maltija, tal-ħajja fl-irħula Maltin, in-natura, l-arkitettura u l-pajsaġġ Malti. Erba’ ritratti se jkunu magħżula biex jidhru fuq bolla u se joħorġu bħala sett wieħed ta’ erba’ bolli. Dan is-sett ta’ bolli se jkun qed jintuża’ kemm f’ Malta kif ukoll internazzjonali sabiex għal-pustaġġ u għall-kollezzjonisti.
Il-parteċipanti għandhom ikunu ċerti li r-ritratt jidher tajjeb f’ dimensjoni ta’ 44mm x 31mm. Il-bolli se jkunu qegħdin jintużaw ukoll meta l-MaltaPost tipparteċipa f’ wirjiet internazzjonali ta’ bolli. Ir-ritratt li jiġi fl-ewwel post se jkun qiegħed jieħu sehem f’ kompetizzjoni internazzjonali organizzata minn SEPAC fejn il-pubbliku minn kull pajjiż li se jkun qed jieħu sehem se jkun jista’ jivvota għall-isbaħ bolla. Il-membri ta’ SEPAC jinkludu Aland Post, Faroe Island Post, Gibraltar Philatelic Bureau, Post Greenland, Guernsey Post, Iceland Post, Isle of Man Post, Jersey Post, Liechtenstein Post, MaltaPost, Monaco Post u Luxembourg Post. Kull bolla se tkun parti minn folder konġunt ta’ bolli minn SEPAC u se jkunu qed juru l-logo uffiċċjali ta’ SEPAC.
Dawk interessati f’ din il-kompetizzjoni huma mistiedna jsegwu l-paġna uffiċċjali ta’ facebook ta’ MaltaPost u jissottomettu r-ritratti tagħhom billi jsegwu l-istruzzjonijiet li jidhru fil-paġna. Il-kompetizzjoni se tkun miftuħa sat-30 ta’ Marzu u r-rebbieħa se jitħabbru f’ April 2017. Is-set ta’ bolli li juru dawn ir-ritratti hu mistenni joħroġ matul is-Sajf u se jkun qed jiġi esebit fil-Mużew Postali ta’ Malta.
Ir-rebbieħa se jingħataw oġġetti filateliċi ta’ edizzjoni limitata. Ir-ritratt li jiklassifika fl-ewwel post se jirċievi l-‘Grandmaster Collection’ – kollezzjoni ta’ 28 bolla tal-fidda, u l-parteċipanti li jikklassifikaw fit-tieni, it-tielet u r-raba’ post se jingħataw kopja ta’ ‘The Malta Stamp Collection’ – publikazzjoni prestiġjuża li tiddeskrivi l-bolli kollha li ħarġu bejn l-1964 u l-2004.
Għal iktar dettalji dwar din il-kompetizzjoni tista’ żżur www.maltapost.com/photographycompetition jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-MaltaPost.