Il-kumpanija Mondelez, li għandha ċ-ċikkulata Cadbury, Milka u kif ukoll l-Oreo għadha kif ħabbret li għandha bżonn in-nies biex jieħdu l-irwol ta’ dewwieqa taċ-ċikkulati, u jkunu jridu jipprovdu rapport onest dwar il-prodott.
Il-kumpanija għandha bżonn lil xi ħadd li tista’ tafda biex jipprova l-prodotti tagħhom u jkuni onesti.
L-irwol, bit-titlu uffiċjali jkun “Chocolate and Cocoa Beverage Taster” jirrikjedi bejn seba’ sigħat u nofs xogħol fil-ġimgħa bejn it-Tlieta u l-Ħamis.
Il-kandidat magħżul se jkun qed jgħin lill-kumpanija tipperfezzjona r-riċetti tal-prodotti tagħhom u fl-istess waqt jgħin fit-tnedija ta’ prodot ġdid.