Sitt ħaddiema tar-Red Cross mill-Afganistan inqatlu minn agressur suspettat tal-Istat Islamiku.
Dan wara sparatura li seħħet fil-provinċja fit-Tramuntana tal-Afganistan, Jowzjan. Il-ħaddiema nqatlu fiż-żona ta’ Qush Tepa.
Tnejn oħra għadhom ma nstabux u huma maħsuba li nħatfu mill-grupp tal-Istat Islamiku. Intant, l-Istat Islamiku ilu attiv fl-Afganistan mill-elfejn u ħmistax, b’attakki riċenti fil-Lvant u f’Kabul.
Sa issa pero, għadu ħadd ma refa’ responsabbilta ta’ dan l-attakk.