Ir-Re Karlu III ġie inkurunat bħala l-Kap tal-Monarkija tar-Renju Unit, waqt ċerimonja solenni li saret f’Westminster Abbey, f’Londra.
Filwaqt li r-Re Karlu ħa dan l-irwol immedjatament wara l-mewt ta’ ommu, ir-Reġina Eliżabetta II f’Settembru li għadda, l-inkurunazzjoni tal-ogħla membru tal-monarkija dejjem issir wara li jiġi proklamat is-suċċessur.
Ir-Re Karlu sar l-akbar Kap tal-Monarkija fl-istorja tar-Renju Unit, u se jibqa’ wkoll imniżżel fl-istorja bħala l-aktar monarka li dam fl-eredi għat-tron.
Il-Prim Ministru Robert Abela fi tweet awgura lir-Re u lir-Reġina għal din il-ġurnata speċjali għalihom u għall-familja rjali Ingliża. Dr Abela nnota r-relazzjoni b’saħħitha li hemm bejn Malta u l-Ingliterra u hawnhekk għamel referenza għall-Commonwealth.
Ritratt: Getty Images