It-team nazzjonali malti tal-Waterpolo fetaħ l-impenji tiegħu fi Grupp B tas-semifinali Diviżjoni B tat-Tazza tad-Dinja fil-Ġermanja b’żewġ telfiet matul il-ġurnata tal-Ġimgħa.
Fl-ewwel logħba Malta sfat megħluba mill-Ġermanja bl-iskor ta’ 15-5. Il-ġermaniżi rebħu s-sessjonijiet kollha rispettivament: 5-2, 3-2, 2-1, 5-0.
Ftit siegħat wara it-team malti sofra telfa oħra din id-darba kontra ċ-Ċina bl-iskor ta’ 18-6. L-avversarji rebħu s-sessjonijiet kollha rispettivament: 5-2, 5-0, 4-3, 4-1.
L-aħħar logħba għat-team nazzjonali malti minn Grupp B tkun illum is-sibt fis-2 ta’ wara nofs-in nhar kontra l-Afrika t’Isfel
It-team malti huwa mmexxi minn Niki Lanzon fl-assenza tal-kowċ nazzjonali Milan Cirovic.