Għalliema minn Dallas Texas bħalissa tinsab fi ġlieda biex iżżomm il-pożizzjoni tagħha wara li instab li kienet taħdem fil-porn kważi għoxrin sena ilu.
Resa Woodward, li kienet tgħallem ix-xjenza f’skola tat-tfajliet, tpoġġiet fuq leave amministrattiv wara li film tal-adulti li kienet ħadet sehem fih ħareġ fil-beraħ.
Persuna anonima għaddiet l-informazzjoni lill-iskola lura f’Marzu tal-2016, fejn l-istess persuna sostna li l-għalliema kienet ħadet sehem f’sittax-il film tal-adulti taħt l-isem ta’ Robyn Forster.
Robyn Forster kienet fl-industrija tal-porn bejn l-2001 u l-2004. Għall-ewwel hi ċaħdet l-akkużi miġjuba fil-konfront tagħha iżda eventwalment ammettiet li fil-filmat li nkisbu kienet verament hi.
Il-persuna li għaddiet l-informazzjoni sostniet li kienet imħassba għax ma riditx lit-tfal ikunu esposti għal dawn l-affarijiet.
L-akkużi twaqqaw wara li ntqal li l-għalliema ma kienet qed tikser l-ebda regola, dan hekk kif l-episodju kien wieħed li seħħ fil-passat. Minn hemm reġgħet bdiet tgħallem.
Ġara li wara li ħadet filmat u poġġietu fuq is-sit soċjali ta’ sewwieq li kien taħt l-effett tal-alkoħol, hu pattijielha billi żvela l-passat tagħha fuq il-midja soċjali.
Hi infurmat lill-uffiċjali tal-iskola fejn qaltilhom li dawn qed jippruvaw jitterminawla l-karriera tagħha bħala għalliema. Sostniet ukoll li l-parteċipazzjoni tagħha fl-industrija tal-porn ma kinitx għażla tagħha iżda li ġiet iffaċilitata minn raġel li kienet tgħix miegħu minħabba problemi finanzjarji.